Skip to content
Artwork for Aphroconfuso
ArtsBooksExplicit

Aphroconfuso

Aphroconfuso

Il-podcast tal-ġurnal letterarju Aphroconfuso. L-isem ġej mill-ewwel deskrizzjoni stampata li għandna tan-nies li kienu jgħixu fil-gżejjer Maltin, Insulae Melitae Descriptio ta’ Jean Quintin, Lyon 1536: “Siculo sunt homines ingenio, Aphro confuso: ad praelia parum fortes & commodi.” In-nies huma ta’ karattru Sqalli, imħallat mal-Afrikan, mhumiex mibnija għall-ġlied, u ma jinqalgħux għalih. L-isem huwa rilevanti iktar bħala sintomu milli bħala xi aġenda speċifika. Nuru kunfidenza u kurżità dwar l-identità Maltija fuq orizzonti ġodda lil hinn mill-binarji klassiċi ta’ Malti/Ingliż u Malti/Taljan. Konxji wkoll mill-fatt li l-Malti issa sar jintuża minn barranin li ġew joqogħdu Malta u li b’hekk qed jinħolqu orizzonti interni għall-ilsien Malti u nisperaw li fil-futur, bħala ġurnal, nibdew niskopruhom ukoll.

Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Play
  • 21 episodes
  • Avg 42 min
  • Maltese
Counted on this page — what you have heard stays on this device, so it is not something the list can be paged by.
  • S1 · E61
    Jun 27, 2025 · 1 min

    Invokazzjonijiet: il-ħames - Beverly Agius

    Aphroconfuso, jaqaw sirt taf li qed niktbek? https://aphroconfuso.mt/beverly-agius-invokazzjonijiet-5-il-ħames/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Showing 21–21 of 21 episodes