Skip to content
Artwork for Jon Mallia Podcast

Jon Mallia Podcast

Jon Mallia

L-aktar podcast popolari f'Malta. Diskussjoni ħielsa fejn niltaqa' ma' kull xorta ta’ persuna biex niddiskutu kull xorta ta’ ħsieb. Bla agenda. Bla ċensura.

Għal aktar informazzjoni żur www.jonmallia.mt.

Play
  • 20 episodes
  • Avg 1 hr 52 min
  • Maltese
  • July 21 · 1 hr 36 min

    NETWORKING IS MY IDEA OF A NIGHTMARE | Jacqui Losco

    Barra li hija oħt Ira, Jacqui hija preżentattriċi u content creator. Magħha nitkellem dwar kif spiċċat tippreżenta Serataron, ir-relazzjoni tagħha maż-żfin u x'tagħmel bil-kummenti negattivi li tirċievi fuq il-midja soċjali. Nistaqsiha wkoll għaliex tħossha nerd, għaliex ma timmaġinahiex tqila u kif għexet l-esperjenza ta' Ira fil-Eurovision. Ħajr lil Brown's, ESS, Melita, Maypole, Alberta, Garmin, Pata Artisanal, Defender, Kinnie, Maxmotion u BusinessLabs Segwi l-KAŻIN hawnhekk: https://www.youtube.com/@Il-KA%C5%BBIN 00:00 Introduzzjoni 1:50 Jacqui u l-gym 4:10 Jacqui u l-ballet 14:18 Ir-relazzjoni mal-mummy 22:43 Jacqui u l-bqija tal-familja 27:14 Ira tirbaħ il-Eurovision 42:01 Għalfejn tħossha introvert 45:47 Jacqui u l-modelling 53:28 Jacqui u x-xjuħija 59:14 Kif spiċċat fuq it-TV 1:05:00 Jacqui l-air hostess 1:08:55 Jacqui f'Fixfixow 1:12:40 Ir-raġel tagħha Sam 1:20:28 It-tfal u l-familja

  • July 6 · 1 hr 47 min

    IL-KAVALLIERI KELLHOM EGO KBIR | Tonio Mallia

    Tonio Mallia jmexxi l-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann. Jgħidli l-istorja ta' kif il-Konkatidral spiċċa minn dak li hu jirreferi għalih bħala 'garaxx' għall-post ta' prestiġju li hu llum, kif Caravaggio sab ruħu f'Malta u x'kien jiġri mit-tfal illeġittimi tal-Kavallieri, fost ħafna u ħafna kurżitajiet oħra. Nistaqsi wkoll għal xiex kien iwassal l-ego kbir tal-Kavallieri. Ħajr lil Brown's, ESS, Melita, Maypole, Alberta, Garmin, Pata Artisanal, Defender, Kinnie, Maxmotion u BusinessLabs Segwi l-KAŻIN hawnhekk: https://www.youtube.com/@Il-KA%C5%BBIN 00:00 Introduzzjoni 5:43 L-Arazzi 11:11 Il-Fondazzjoni tal-Katidral 17:30 L-Istorja tal-Katridral u l-Kavallieri 30:54 Mattia Preti u l-Arti tiegħu 35:19 Il-Maltin, Ġilormu Cassar u l-Katidral 39:18 Iktar dwar il-Kavallieri 43:42 Caravaggio f'Malta 1:06:18 Malta wara l-Kavallieri 1:14:24 Tonio u t-tmexxija tal-Katidral 1:25:44 Il-Mużew tal-Katridral 1:45:42 Konklużjoni

  • June 23 · 1 hr 59 min

    L-EDUKAZZJONI GĦANDHA SSIB L-AĦJAR FIL-BNIEDEM | Morgan Parnis

    Morgan Parnis huwa intraprenditur u l-fundatur tan-Knights College.Nitkellmu fit-tul dwar in-nuqqasijiet fis-sistema edukattiva f'Malta, għaliex iddeċieda li jniedi n-Knights College u l-bidu diffiċli bħala intraprenditur.Jgħidli wkoll dwar l-istanzi tat-trobbija tiegħu li wassluh għal fejn qiegħed illum, kif ipaċi l-irwol ta' intraprenditur ma' dak ta' missier u l-aspirazzjonijiet tiegħu għall-ġejjieni tal-edukazzjoni f'Malta. Irreġistra għall-Workshop hawn: https://forms.gle/Gi6pm1W7sgYf13EA9Ħajr lil Brown's, ESS, Melita, Maypole, Alberta, Garmin, Welbees, Pata Artisanal, Defender, Kinnie, MaxMotion u BusinessLabsSegwi l-KAŻIN hawnhekk: / @il-kaŻin 00:00 Introduzzjoni3:50 Is-sistema edukattiva kurrenti8:32 It-trobbija ta' Morgan 22:52 In-nuqqasijiet tas-sistema edukattiva kurrenti30:12 Is-sistema tan-Knights College49:23 L-AI fid-dinja edukattiva1:04:49 Qualifications fin-Knights u r-regolazzjoni tas-settur1:24:21 Morgan l-intrapreditur1:37:21 Morgan u l-familja1:47:51 Iċ-ċertifikat tal-Matrikola u l-homework

  • June 9 · 2 hr 10 min

    SFIDA QATT MA BEŻŻGĦATNI | Frank Zammit

    Apparti minn leħen fuq ir-radju, Frank huwa wkoll producer u preżentatur. Kif spiċċa fil-midja, għaliex jgħidulu 'Iż-Żibġa' u l-impatt ta' Terry Farrugia f'ħajtu huma kollha affarijiet li niddiskutu fit-tul. Nitkellmu dwar kif jesperjenza l-ħajja bħala twin, ir-relazzjoni tiegħu mas-saħħa mentali u għaliex ħass li kellu jitlaq minn mal-Vibe. Jgħidli wkoll fuq dik li skontu hija r-responsabbilta ta' preżentatur. Id-Dar tal-Providenza: https://www.dartalprovidenza.org/ Ħajr lil Brown's, ESS, Melita, Maypole, Alberta, Garmin, Welbees, Pata Artisanal, Defender, Kinnie u BusinessLabs Segwi l-KAŻIN hawnhekk: https://www.youtube.com/@Il-KA%C5%BBIN 0:00 Intro 09:02 Il-bidu fil-media 18:10 L-iskola u l-Mistra Village 23:00 Il-vena artistika fil-familja 30:39 Frank bħala twin 35:50 Il-bidu fuq ir-radio u l-personalita ta' Frank 43:09 Il-worklife balance 45:58 Ma' tal-films 58:30 Terry Farrugia u l-vibe 1:18:56 Il-bidla fil-vibe wara Terry 1:24:44 Għalfejn Frank telaq mill-vibe 1:43:15 L-isbah parti tal-ħidma mal-vibe 1:47:45 Il-futur tar-radju fejn sejjer? 1:58:33 Frank u l-volontarjat 2:08:27 Il-futur ta' Frank

  • May 27 · 2 hr 21 min

    IS-SISTEMA ELETTORALI #2

    Ghat-TIENI episodju dwar IS-SISTEMA ELETTORALI jien u David qaxxarna l-basla tas-SINGLE TRANSFERABLE VOTE, cioè s-sistema ta’ votazzjoni li n]addmu f’dan il-pajjiż. Għalija dan l-episodju huwa aktar importanti mill-ewwel wieħed għax għandu element preskrittiv li jista' jibda jippuntana lejn xi soluzzjonijiet. F'din id-diskursata jien u David flejna diversi sistemi li wieħed isib madwar id-dinja, u x'inhuma l-vantaggi u l-iżvantaġġi ta' dawn is-sistemi. Naqra ta’ contrast and compare. Il-qofol tad-diskursata twassalna biex insibu xi risposti għall-mistoqsija "Kieku int xi tbiddel?". David qasam miegħi ĦAMES PUNTI fejn is-sistema tagħna tista' tinbidel għall-aħjar. Ħames punti li nemmen li kull min irid jara Malta iktar demokratika għandu jomgħodhom ftit. Biex torjenta ruhek ahjar fil-konverzazzjoni: Spjegazzjoni tas-SINGLE TRANFERABLE VOTE: https://www.youtube.com/watch?v=iKKC8dhwPak Treaty on the Functioning of the European Union: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX:12016E/TXT

  • May 27 · 2 hr 5 min

    IS-SISTEMA ELETTORALI #1

    Nippreżentalkom żewg taħdidiet analitiċi dwar IS-SISTEMA ELETTORALI ta’ pajjiżna ma' wieħed mill-Patruni tagħna, David Grech. Dawn id-diskursati ma' David bdew ghaliex David huwa Patrun, u f’diversi mill-attivitajiet li nagħmlu għall-Patruni tagħna, kellna ċ-ċans niddiskutu ċerti hwejjeg b’mod ħieles. F’dan l-ewwel episodju jien u David flejna l-mekkaniżmi tal-votazzjoni f’Malta, staqsejna kemm huma fil-fatt demokratici, u x’inhuma n-narrativi li jixhdu l-voting trends tal-aħħar elezzjoni. Din id-diskursata partikolari tħares minn lenti oġġettiva lejn in-numri biex wieħed jifhem dejjem aktar is-sitwazzjoni preżenti x’inhi, u fejn allura possibbli li tmur.

  • May 21 · 1 hr 17 min

    L-ELEZZJONI ĠENERALI | Live mal-Patruni

    X'sinjal qed jingħata dwar id-direzzjoni li fih se jmur il-pajjiż? Niddiskutu jien, Robert Formosa u David Grech. Dan il-kontenut ġie mxandar LIVE nhar it-12 ta' Mejju 2026. Segwi l-KAŻIN li jmiss ma' Alex Borg u Robert Abela nhar il-25 ta' Mejju fid-9PM hawn: https://www.youtube.com/live/b6osQqBCgC4?si=DXzAXMsr6zcXDugZ Għadna qed nistennew konferma mingħand Robert Abela. Ara l-Podcast ta' Sean Gravina hawn: https://open.spotify.com/episode/2v0rDzHEfZ39TRcTOoHaPl?si=m5MwaFBLSdK7WHzsqtSlvw Ara l-Podcast ta' Marisa Xuereb hawn: https://open.spotify.com/episode/3Igjue0KetjOp92wZRVBeJ?si=q4xhvtd6QROW8HfHt9a0_A

  • May 13 · 1 hr 37 min

    NIBQGĦU NKEJLU S-SUĊĊESS BIN-NUMRI | Marisa Xuereb

    Ma' Marisa Xuereb niddiskuti l-proposti tal-elezzjoni fil-kuntest internazzjonali. Naqbduha fuq x'qed iwassal biex jiżdiedu l-appartementi u l-prezz tal-bini, għaliex taħseb li s-sussidji jagħmlu sens biss jekk ikunu temporanji u l-effett tal-kriżijiet internazzjonali fuq dak li qed jiġi mwiegħed. Tgħidli wkoll għaliex taħseb li l-poplu ħa jitgħallem ħafna fil-5 snin li ġejjin. Ħajr lil Alberta, Garmin, ESS, Pata Artisanal, Brown's, Maypole, Melita, Defender, Welbees Supermarket, Kinnie u BusinessLabs Segwi l-KAŻIN hawnhekk: https://www.youtube.com/@Il-KA%C5%BBIN Irreġistra għall-Fun Run tal-Maypole hawnhekk: https://www.maypole.com.mt/product/maypole-5k/ 0:00 Introduzzjoni 3:12 Il-Mudell Ekonomiku Malti 7:33 Is-Settur tal-Kostruzzjoni u t-Turiżmu 28:49 Direzzjoni strateġika għall-Ekonomija 33:47 Il-Proposti u l-Ekonomija fl-Elezzjoni 43:00 Iż-Żieda fil-Popolazzjoni 45:02 L-Iżvilupp tal-Appartamenti u Lukandi 59:13 Is-Sussidju u iżjed Proposti 1:03:45 Il-Proposti fil-kuntest tal-Mudell Ekonomiku 1:13:52 Il-Problema fis-Sistema Politika tagħna 1:20:55 L-Ekonomija waqt u wara l-Covid 1:27:14 Public Procurement 1:35:40 Messaġġ lill-Poplu u l-Politiċi

  • May 11 · 1 hr 46 min

    IL-PAJJIŻ QED IĦALLAS PREZZ GĦAL DIN L-EKONOMIJA | Sean Gravina

    Ma' Sean Gravina, nitħaddet dwar diversi mill-proposti li ħabbru l-partiti dan l-aħħar. Nitkellmu wkoll dwar x'jikkonċernah dwar iż-żieda tal-popolazzjoni f'Malta, jekk Malta bditx tattira turisti ta' kwalita u x'jaħseb dwar is-sitwazzjoni tal-housing f'Malta. Jgħidli wkoll x'jixtieq jara propost għall-ħames snin li ġejjin. Ħajr lil Alberta, Garmin, ESS, Pata Artisanal, Brown's, Maypole, Melita, Defender, Welbees Supermarket u BusinessLabs Segwi l-KAŻIN hawnhekk: https://www.youtube.com/@Il-KA%C5%BBIN Irreġistra għall-Fun Run tal-Maypole hawnhekk: https://www.maypole.com.mt/product/maypole-5k/ 0:00 Introduzzjoni2:25 Elezzjoni 5:33 Traffiku 9:15 L-Affordabilta tal-Housing f'Malta 18:30 Il-Popolazzjoni u l-Ekonomija Maltija 27:53 It-Turiżmu 43:58 L-Identita Maltija u l-Multikulturaliżmu 54:18 Ir-Reliġjon fil-Pajjiż u t-Twemmin ta' Sean 1:08:43 In-Negozju tar-Ristoranti 1:27:47 Deċiżjonijiet diffiċli li jrid jieħu l-Gvern 1:36:14 Il-Futur ta' Sean

  • May 8 · 3 hr 1 min

    SIRNA NIĠRU WISQ WARA L-FLUS | Robert Formosa

    Barra li huwa wieħed mill-Patruni tagħna, Robert huwa xjentist u studja wkoll is-soċjoloġija. Naqbduha fuq kif żviluppat l-ekonomija f'Malta, għaliex jaħseb li l-umani għadhom ma laħqux il-potenzjal tagħhom u xi jfisser il-progress. Nistaqsih ukoll dwar it-twemmin tiegħu li l-flus m'għandhomx jidħlu fix-xjenza, u għaliex iż-żgħażagħ huma fost l-iżjed nies li jbatu min-nuqqas ta' skop. Jgħidli x'jaħseb dwar it-tielet partiti f'Malta. Ħajr lil Alberta, Garmin, ESS, Pata Artisanal, Brown's, Maypole, Melita, Defender, Welbees Supermarket, Kinnie u BusinessLabs Segwi l-KAŻIN hawnhekk: https://www.youtube.com/@Il-KA%C5%BBIN 00:00 Introduzzjoni 5:00 Trump u l-Lemin 8:22 L-Anomija u l-Għaliex tal-Ħajja 35:50 Id-Dissonanza 41:19 Il-Mewt 42:41 L-Anomija fil-kuntest tal-Midja Soċjali 54:57 Il-Persona u l-Progress fil-Midja Soċjali 1:11:20 Kemm għandu jkollu kontroll l-istat? 1:24:15 Il-Liberta tal-Espressjoni 1:34:16 Ix-xjentisti għandhom jagħmlu negozju? 1:50:51 L-Umanita u l-Iżvilupp tal-Umani 2:00:25 Il-Kapitaliżmu u l-Ekonomija Maltija 2:11:10 It-Tielet Partiti 2:25:56 Il-Kaptiliżmu u l-Anomija

  • May 5 · 2 hr 42 min

    IL-BNIEDEM JIRRIKORRI GĦAS-SUSTANZI BIEX JIMLA L-VOJT | Marica Cassar

    Marica Cassar mhijiex stranġiera għall-mikrofonu, kemm permezz tax-xogħol tagħha fit-teatru, kif ukoll ma' Caritas Malta. F'din il-konverżazzjoni tgħidli għaliex tqis it-teatru bħala l-isbaħ esperjenza ta' ħajjitha, għaliex tħoss li tlifna s-sens ta' ħajja sempliċi u għalfejn l-adolexxenti qed jikkunsmaw iktar ħaxixa. Nistaqsiha x'taħseb dwar il-kwalita tal-politika tal-lum il-ġurnata. Ħajr lil Alberta, Garmin, ESS, Pata Artisanal, Brown's, Maypole, Melita, Defender, Welbees Supermarket u BusinessLabs Segwi l-KAŻIN hawnhekk: https://www.youtube.com/@Il-KA%C5%BBIN 0:00 Introduzzjoni 3:05 It-Teatru 29:30 Id-Dinja tax-Xogħol 36:11 Fabian 41:09 Esperjenzi fuq it-TV u iktar Teatru 50:05 Il-ħajja 52:52 Fabian - l-istorja tkompli 1:07:50 Image 2000 u l-Falliment 1:19:38 Il-Presidenza 1:42:03 Caritas Malta 2:06:04 Is soċjeta llum 2:17:32 Is-Semplicita 2:21:02 Riflessjoni 2:29:28 Joe

  • April 21 · 1 hr 38 min

    BITCOIN IS NOT THE CURRENCY OF CRIMINALS | Joshua Ellul

    Il-Crypto, il-Bitcoin u l-Blockchain qajla niddiskutuhom f'Malta. Għalhekk f'din il-konverżazzjoni mal-ħabib antik tiegħi Joshua nistaqsi dwar x'inhuma, l-evoluzzjoni tagħhom u għalfejn jeżistu fost bosta affarijiet oħra. Nitkellmu wkoll dwar Satoshi Nakamoto, l-assoċjazzjoni tal-Crypto mad-dinja kriminali u ż-żmien li fih Malta kienet qed tiġi rreklamata bħala Blockchain Island. Ħajr lil Alberta, Garmin, ESS, Pata Artisanal, Brown's, Maypole, Melita, Defender, Welbees Supermarket u BusinessLabs. Segwi l-KAŻIN hawnhekk: https://www.youtube.com/@Il-KA%C5%BBIN

  • April 14 · 1 hr 49 min

    IL-POPOLARITÀ MA TAGĦMILX BIJA | Ron Briffa

    Ron Briffa huwa preżentatur magħruf sew mal-udjenzi Maltin. Nitkellmu dwar kif beda t-traġitt tiegħu fit-teatru, id-darba meta kien sindku ta' Fleur-de-Lys u r-relazzjoni tal-Maltin mas-satira fost ħafna affarijiet oħra. Nistaqsih ukoll għalfejn iħossha daqstant diffiċli jitkellem fuqu nnifsu. Ħajr lil Alberta, Garmin, ESS, Pata Artisanal, Brown's, Maypole, Melita, Defender, Welbees Supermarket u BusinessLabs Segwi l-KAŻIN hawnhekk: https://www.youtube.com/@Il-KA%C5%BBIN Kapitli: 0:00 intro 4:06 It-tfulija ta' Ron 7:10 Ron kittieb 14:25 It-teatru 16:50 Ron u l-popolarità 20:00 Ron taqbiżlu 22:03 Ix-xogħol fuq it-TV 25:19 Jon u r-rap 29:22 Junior College u l-popolarità 31:45 Il-Mużika u Sanremo 36:01 Is-Satira 48:48 Ambizzjonijiet Oħra 56:36 Peppi u l-Mistra 1:03:25 It-Tmiem ta' Serataron 1:04:35 Ron Sindku 1:16:39 Ron u l-Politika 1:26:00 L-isbaħ memorji 1:28:23 Ron bħala Missier 1:39:57 Ir-Religion u Kontinwazzjoni ta' Missieru

  • March 31 · 2 hr 50 min

    KONT INĦOSSNI IŻJED KOMDA FUQ IL-PALK MILLI MHUX | Angie Laus

    Angie hija preżentatriċi u produttriċi b'ħemel esperjenza. F'din il-konverżazzjoni nsir naf ftit iżjed dwar il-persuna wara l-personalità ta' fuq il-palk. Tgħidli dwar l-imħabba tagħha lejn iż-żfin, ir-relazzjoni mat-tifel tagħha u l-iżjed intervisti li baqgħu magħha tul il-karriera tagħha. Nistaqsiha wkoll għaliex temmen li Xarabank kien l-ikbar skola tat-televiżjoni li qatt eżista. Missio Malta: https://missio.org.mt/ Ħajr lil Brown's, ESS, Melita, Maypole, Alberta, Garmin, Welbees, Pata Artisanal, ECabs u BusinessLabs Segwi l-KAŻIN hawnhekk: https://www.youtube.com/@Il-KA%C5%BBIN

  • March 25 · 1 hr 27 min

    INNEĦĦU T-TEKNOLOĠIJA AMERIKANA MILL-EWROPA? | Ian Gauci

    Ian Gauci huwa espert fil-qasam regolatorju tat-teknoloġija. Miegħu nitħaddet dwar il-pożizzjoni ta' Malta fil-kuntest tal-AI, l-influwenzi barranin fuq it-teknoloġija ġewwa l-Ewropa, kif ukoll dwar kif il-gwerra ħa timpatta l-avvanzi teknoloġiċi fid-dinja kollha. Ħajr lil Brown's, ESS, Melita, Maypole, Alberta, Garmin, Welbees, Pata Artisanal, ECabs u BusinessLabs tas-sostenn tagħhom. Segwi l-KAŻIN hawnhekk: https://www.youtube.com/@Il-KA%C5%BBIN

  • March 17 · 1 hr 26 min

    L-ARREST KIEN IL-WAKE UP CALL TIEGĦI | Jotham Saliba

    Jotham huwa kantant mal-grupp Scream Daisy. Nitħaddtu dwar it-traġitt tiegħu bħala artist, għaliex spiċċa arrestat fl-2013 u kif id-diska Room 7 ma kellha qatt tiġi rrekordjata fost ħafn' affarijiet oħra. Nistaqsih ukoll jekk jitħajjarx jerġa' jtiha għall-ħajja fuq il-palk. Ħajr lil Brown's, ESS, Melita, Maypole, Alberta, Garmin, Welbees, Pata Artisanal, ECabs u BusinessLabs tas-sostenn tagħhom. Segwi l-KAŻIN hawnhekk: https://www.youtube.com/@Il-KA%C5%BBIN

  • March 10 · 1 hr 55 min

    MALTA TAL-FUTUR? | Kenneth Spiteri

    Fl-era tal-AI, l-Internet of Things jista’ jibdel it-traffiku, l-enerġija s-servizzi pubbliċi f’Malta u ħafn' aktar. Imma biex dan iseħħ hemm bżonn pjan strateġiku fit-tul. F'din il-konverzazzjoni, Kenneth jaqsam miegħi x'tip ta' futur jemmen li jista' jkollu l-pajjiż. Ħajr lil: Brown's, ESS, Melita, Maypole, Alberta, Garmin, Welbees, Pata Artisanal, ECabs u BusinessLabs tas-sostenn tagħhom. Segwi l-KAŻIN hawnhekk: https://www.youtube.com/@Il-KA%C5%BBIN

  • February 17 · 1 hr 32 min

    GRUPP MILITARI RIED JGĦABBINA U JOĦODNA MIEGĦU | Rafel Sammut

    Rafel huwa chef, intraprenditur u fuq kollox avventurier. Nitkellmu dwar kif għex l-esperjenzi tiegħu ġewwa Beirut u l-Ukrajna fl-eqqel tat-traġedja, x'wasslu biex jiftaħ il-Victory Kitchen f'Malta u fejn jara li sejra l-industrija Maltija tar-ristoranti. Jaqsam miegħi ukoll għalfejn kellu jżerżaq tmin bagalji ikel ġewwa Londra. Ħajr lil: Brown's, ESS, Melita, Maypole, Alberta, Garmin, Welbees, Pata Artisanal, ECabs u BusinessLabs tas-sostenn tagħhom. Segwi l-KAŻIN hawnhekk: https://open.spotify.com/show/1YEgsAQy3wy4ZWSknivz2B?si=pdRn8_EnR2-hshpLpNGZTw

  • Dec 10, 2025 · 37 min

    Mixja mal-Marshall x Jon Mallia

    Jien u Keith Marshall nerħulha għal mixja qalb il-kampanja filwaqt li niddiskutu diversi suġġetti u ideat; mill-flus, għas-saħħa mentali tal-irġiel, għall-mexxejja li l-iżjed nammiraw. Ħajr lil Strada Rjali ta' din is-silta. 00:00 Min kien Adams? 01:19 L-ewwel trek 02:20 Liem annimal tagħżel li tkun? 05:46 Id-dinamiċi differenti tal-mixi 08:06 Il-mexxej favorit 09:23 Jon u l-hip-hop 13:28 Jon u Salvu 17:33 L-importanza tan-natura 20:30 Fiex tħossok l-iżjed ixxurtrat? 24:29 Is-saħħa mentali tal-irġiel 26:45 L-importanza tal-vulnerabbiltà 29:49 Liem superpower tagħżel? 30:33 Sophie 32:55 Ir-riċetta sigrieta tal-Podcast 34:03 Min ħa jkompli wara Keith? 36:18 Il-flus

  • Dec 2, 2025 · 1 hr 45 min

    MA JIDDISPJAĊINI GĦAL XEJN LI GĦAMILT F'ĦAJTI | Denise Gafa

    Denise Gafa hija influencer magħrufa fix-xena lokali.F'dan l-episodju taqsam miegħi l-esperjenzi l-iżjed formattivi ta' ħajjitha u għaliex bħalissa għaddejja mnn perjodu ta' tranżizzjoni.Tgħidli dwar tfulija diffiċli, l-impatt li ħallew fuqha diversi relazzjonijiet li kellha u għalfejn għadditilha minn moħħha li tilħaq soru.Biex tgawdi mill-offerta tal-Patron, idħol hawn: https://thestore.mt/products/stp01d https://thestore.mt/products/stp03d https://thestore.mt/products/stp02d u daħħal il-kodiċi ‘PatronJon’

Showing 1–20 of 20 episodes